top of page

Kummisjoni Banda Lourdes

Il-Banda Lourdes hija waħda mis-Sezzjonijiet li għandha importanza kbira fuq dak li għandu x'jaqsam fil-Mużika. Il-Banda tagħna beda l-bidu tagħha meta twaqqfet din is-Soċjeta' u sa dak iż-żmien, L-orkestra Bellini kienet l-orkestra prinċipali ta' din s-Soċjeta'. Ftit tas-snin wara l-orkestra Bellini ħadet l-isem li nafuh sal-lum, Banda Lourdes Qrendi. L-Għan Prinċipali tal-Banda Lourdes huwa li tkabbar l-kultura tal-mużika.

 

Din is-sena, il-Banda Lourdes se tagħlaq 75 Sena mit-twaqqif tagħha bħala l-Ewwel Banda ġewwa l-Qrendi. Għalhekk huwa ta' unur u prestiġju li ha nkunu parti minn ċelebrazzjoni ta' Għaqda, Kuraġġ u Determinazzjoni biex infakkru dan l-Anniversarju b'mod xieraq.

 
Id-Delegat Reċenti tal-Banda Lourdes huwa s-Sur Raymond Cassar li ġie maħtur fis-sena 2011. Raymond Cassar beda l-impenn tiegħu bħala membru fis-Soċjeta' Filarmonika Lourdes tmien snin ilu fejn beda jitgħallem l-mużika taht id-Direzzjoni ta' l-ex Surmast tal-Banda Lourdes Mro. Charles Cachia. Min dan it-tagħlim baqa jikber fl-esperjenza fejn beda jdoqq bħala bandist mal-istess Banda. 

Bħala Delegat tal-Banda Lourdes, Raymond Cassar impenja ruħu sabiex jirrestawra l-arkivji tal-Banda Lourdes fi ħdan is-Socjeta' kif ukoll impenja ruħu li jkompli ikkabbar l-kultura tal-mużika fil-każin tagħna. Fost l-ewwel impenji tiegħu, impenja ruħu flimkien mal-Ex Surmast Direttur Ugo Buhagiar biex jagħti xejra moderna l-Programm Mużikali u Vokali li jsir fil-ġimgħa tal-Festa tal-Madonna ta' Lourdes.
 
Il-Banda Lourdes ġiet immexxija minn Surmastrijiet li għamlu l-istorja tagħhom mal-Banda tagħna u minn hawn nirringrazzja lil kull Surmast li mexxa din il-Banda. Dawn huma s-Surmastrijiet li ħadu ħsieb jidderieġu l-Banda Lourdes: 
 
Mro. Nikol Magri | 1895 - 1941
 
Mro. Carmel Aquilina | 1942
 
Mro. Mikiel Ciantar | 1942 - 1947
 
Mro. Carmelo Scicluna | 1948 - 1963
 
Mro. Nazzareno Mifsud | 1964 - 1984
 
Mro. Charles Cachia | 1985 - 2011
 
Mro. Ugo Buhagiar | 2012 - 2014
 
Major Carmelo Mangion | 2014 - 
 
Minn hawn, nixtiequ nawguraw lis-Surmast Direttur Ġdid tal-Banda Lourdes, Il-Maġġur Carmelo Mangion, kull suċċess li jixraqqlu f'din l-Esperjenza ġdida mal-Banda Lourdes. Il-Kummissjoni Banda Lourdes huwa ffurmat minn dawn il-membri :
Il-Maġġur Carmelo Mangion
Mro. Charles Pace
Raymond Cassar
Spiridione Bonnici
Gabriel Farrugia
Olympia Sant Mifsud
Charles Polidano
Nathaniel Sciberras
 
 
AgrigentoMro. Andrew Coleiro
00:00
FiestaMaġġur Anthony Aquilina
00:00
B.A.N.Z.Mro. Dominic Darmanin
00:00
bottom of page