
Is-Soċjeta' Filarmonika Lourdes Qrendi twaqqfet fl-10 ta' Frar, 1895 mill-Fundatur Anton Fenech waqt seduta ġenerali mal-Kumitat Eżekuttiv .
L-orkestra Bellini kienet l-orkestra prinċipali ta' din s-Soċjeta' u propju kienet l-ewwel orkestra fil-Qrendi. Ftit tas-snin wara l-orkestra Bellini ħadet l-isem ta' Banda Lourdes Qrendi.Din is-sena, 2017, se tagħlaq 75 Sena mit-twaqqif tagħha bħala l-Ewwel Banda Qrendija. Il-Banda Lourdes daqqet għall-ewwel darba f' Ġunju tal-1942.
Illum is-Soċjeta' tagħna għandha taħt il-kappa tagħha bosta sezzjonijiet fosthom is-Sezzjoni Żgħażagħ, is-Sezzjoni Nisa kif ukoll il-Kamra tan-Nar Madonna ta' Lourdes Qrendi. Dawn kollha jaħdmu flimkien sabiex jorganizzaw il-festa esterna tal-Madonna ta' Lourdes Qrendi b'kollaborazzjoni mal-Konfraternita' tal-Beata Verġni Madonna ta' Lourdes li torganizza l-festa liturġika.
Is-Soċjeta' Filarmonika Lourdes hija mibnija fuq tlett għanijiet li huma :
-
Li tkabbar l-kultura tal-mużika permezz tal-Banda Lourdes Qrendi
-
Ixxerred id-devozzjoni lejn il-Madonna ta' Lourdes billi torganizza l-festa esterna
-
Li tkabbar l-volontarjat fir-raħal tagħna.
Tagħrif dwar is-Soċjeta'
![]() 11709968_1657763247787092_924527791972746416_o | ![]() 13582086_1792639670966115_3618671209185676108_o |
|---|---|
![]() 11412111_1656912857872131_8555490325199817430_o | ![]() 13584636_1792644387632310_2648617007119246572_o |
![]() 13568894_1792640114299404_577827937755223254_o | ![]() 13558882_1792641974299218_6012205517821686168_o |
![]() 11709749_1656909854539098_4992242487797936927_o | ![]() 10644425_1656915197871897_8773002820177106484_o |








