top of page

Għaqda tan-Nar Madonna ta' Lourdes, Qrendi

 

L-Għaqda tan-Nar Madonna ta' Lourdes hija waħda mis-sezzjonijiet li tagħmel parti mis-Soċjeta' tagħna. Il-Post tan-Nar jinsab fil-limiti taż-Żelliqat. Il-Licensee reċenti tal-Kamra tan-Nar Madonna ta' Lourdes Qrendi huwa s-Sur Josef Aquilina.

 

Is-Sur Josef Aquilina inħatar Licensee tal-Kamra tan-Nar Madonna ta' Lourdes Qrendi f'Settembru 2012. Hu ħa t-tmexxija tal-Kamra tan-Nar Madonna ta' Lourdes fejn flimkien mad-Delegati tan-nar, imexxi din l-kamra sabiex joffru spettaklu u jagħmlu wirja spettakolari fis-smewwiet sew fil-Ġimgħa tal-festa tal-Madonna ta' Lourdes kif ukoll fir-rħula u bliet oħra madwar Malta u Għawdex.

Bla dubju ta' xejn din il-Kamra tan-Nar dejjem kabbret isem is-So
ċjeta' u r-raħal tagħna permezz tal-unuri li ġabet tul dawn iż-żminijiet.
 

Bħala avvenimenti importanti li għamlet din l-Għaqda tagħna, huma dawn :

 

  • 2001 | Għall-Ewwel Darba, Ġewwa l-Qrendi, Show tan-Nar Sinkroniżżat mal-Mużika bl-isem 'The Grand PyroMusical Show'

 

  • 2007 | Festival tan-Nar tal-Art Mekkaniżżat għall-ewwel darba.

 

  • 2010 | L-Għaqda tan-Nar bdiet tuża s-Sistema FireOne.

 

  • 2011 | Rebbieħa tal-Malta International Fireworks Festival (bl-Overall u l-Votazzjoni tal-Pubbliku).

 

  • 2012 | International Symposium of Fireworks

 

  • 2012 | Caput Lucis 

 

  • 2013 | Festival tan-Nar tal-Art Mekkaniżżat, għat-tieni darba.

 

  • 2015 | Għat-Tieni darba, L-Għaqda tan-Nar rebħet il-Malta International Fireworks Festival b' reħba storika taż-żewg kompetizzjonijiet : Internazzjonali (Sinkroniżżar) u Nazzjonali. L-Għaqda tan-Nar kisbet OVERALL (Ġurija u Votazzjoni mill-Pubbliku)

  •  

  • 2016 | L-Għaqda tan-Nar Madonna ta' Lourdes, b' kollaborazzjoni ma' PyroEmotions, tellgħet wirja piroteknika spettakolari fil-Grand Final tal-Malta International Fireworks Festival.

 

 

B'Għożża u Mħabba, insellmu lil dawn ħutna Dilettanti Soċji Vittmi tal-Logħob tan-Nar. Dawn huma :

 

Ġuzeppi Agius | 54 Sena | 24-7-1926

 

Andrew Camilleri | 22 Sena | 24-7-1926

 

Andrew Magro | 17-il Sena | 24-7-1926

 

Salvu Magro | 19-il Sena | 24-7-1926

 

Ġuzeppi Abdilla | 43 Sena | 29-6-1950

 

Ġerald Sammut | 38 Sena | 23-9-1951

 

Albert Bondin | 51 Sena | 21-10-2005

 

Grazzi ta' kull ma għamiltu għall-Għaqda tan-Nar tagħna. Aħna nibu niftakru fikom u ma ninsewkom qatt.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Il-BożenMaġġur Anthony Aquilina
00:00
bottom of page