top of page

75 Sena Banda Lourdes

1942 - 2017

75 sena ilu ġara avveniment kbir fl-istorja tas-Soċjetà Filarmonika Lourdes li ħalla impatt kbir fis-snin ta` wara. Dan kien it-twaqqif tal-Banda Lourdes, l-ewwel Banda fil-Qrendi. Il-mixja mużikali tas-Soċjetà Filarmonika Lourdes tmur lura għall-1905 meta s-Sur Nikola Magri waqqaf l-Orkestra Bellini. Din l-Orkestra damet topera sal-1941.

 

Maż-żmien l-Orkestri li kienu jeżistu fil-każini bdew jiġu trasformati f`baned. Għalhekk, f`Ġunju 1942, il-Kumitat Eżekuttiv taħt il-presidenza ta` Dr.Ġużè Cassar approva t-twaqqif tal-Banda Lourdes u ħatar lill-Mro.Mikiel Ciantar bħala l-ewwel surmast. Is-Sur Carmelo Aquilina li kien Direttur tas-Soċjetà għallem għadd kbir ta’ allievi ġodda kollha mill-Qrendi u bl-għajnuna tas-Surmast Ciantar flimkien irnexxielhom jibdlu l-Orkestra Bellini għall-BANDA LOURDES, L-EWWEL BANDA FIL-QRENDI.

Dan huwa l-logo uffiċjali tal-75 Sena Anniversarju tal-Banda Lourdes. Nirringrazzjaw lil Charlot Spiteri għall-kreazzjoni ta' dan il-logo sabiex infakkru anniversarju importanti.

 

Is-Soċjetà iżomm kull dritt għall-copyright ta' dan il-logo. L-ebda parti min dan il-logo ma jista jiġi ikkupjat mingħajr l-approvazzjoni tal-kumitat.

Il-Kumitat Eżekuttiv flimkien mal-Kummissjni 75 sena Banda ser ikunu qedgħin jibdew iċ-ċelebrazzjonijiet tal-75 sena Banda permezz ta' Marċ mat-toroq Qrendin nhar il-Ħadd 7 ta' Mejju 2017. Anniversarju li jiċċelebra t-twaqqif ta' l-Ewwel Banda Qrendija. Kullħadd mistieden jingħaqad mal-Banda Lourdes għall-dan l-anniversarju sabiex flimkien inkomplu niktbu l-istorja ta' din il-banda - Storja li ma tintemm qatt

#75senabandaqrendija #lewwelbandaqrendija #storjalimatintemmqatt #flimkienniktbuinkompluiktbulistorja

bottom of page