top of page

Sezzjoni Żgħażagħ Lourdes

 

Kien propju nhar it-Tnejn 7 ta' Frar, tal-1994,waqt laqgħa Ġenerali fis-sala tal-Ex President tas-Soċjeta' taghna, Dr.Ġuże' Cassar, li l-Viċi President, il-mibki Joe A. Magro u l-Ex Segretarju l-mibki Tarcisio Vella, kienu pproponew biex twaqqaf is-Sezzjoni Żgħażagħ. Din il-proposta kellha approvazzjoni unanima. 

 

Il-Bidu ta' din is-Sezzjoni kien kajman, imma ftit xhur wara, ħafna żgħażagħ li kienu parti mis-Soċjeta', urew ix-xewqa li bi ħġarhom, jidħlu jagħmlu parti mis-Sezzjoni Żgħażagħ. Għaddew is-snin, imma ż-Żgħażagħ ibbrillaw f'ħidmithom u ddistingwew rwieħħom fir-raħal tagħna.

 

Din is-Sezzjoni Żgħażagħ ħadmet f'ħafna avvenimenti li baqgħu stampati u jibgħu magħrufa fosthom il-Lejla Sajfija li kienet tigi mtella mod professjonali u kienet magħrufa ma' Malta kollha. Is-Sezzjoni Żgħażagħ ħadet sehem f'kompetizzjonijiet tal-Karnival li kienu ta' livell. Din kienet l-Ewwel Sezzjoni li tellgħet il-Wirjiet tal-Milied u tal-Ġimgħa Mqaddsa bis-saħħa tal-Mibki Ex-Segretarju Tarcisio Vella. Bis-Saħħa ta' din l-istess Sezzjoni, bdew jigu mtella discos ġewwa l-Kazin tagħna, bl-isem ta' Mystic Blue li kienu tant popolari u magħrufa. Tant kemm kienu ta' successi, dawn id-discos tellgħu għall-mod kummercjali u bdew jinħolqu d-Dionysus parties.

 

Il-Marċ tal-Ġimgħa fit-Tieni Jum tat-Tridu mtella mis-Sezzjoni Żgħażagħ jibqa Uniku ġewwa r-raħal tagħna. Dan għaliex huwa l-uniku Marċ li jimla pjazza sħiħa bin-nies. Iż-Żgħażagħ ħadmu u stinkaw u raw il-ħolm tagħhom isir realta' u ħargu sorprizi illi qatt ma konna rajna bħalhom fil-Qrendi. Bħala sorprizi li rnexxilha tagħmel din is-Sezzjoni Żgħażagħ huma dawn  li ġejjin.

 

2004 (10 Snin Anniversarju) | Mrewħa Artistika bl-ixbieħa Devota Tal-Madonna ta' Lourdes

 

2008 | 4 Trofej Ġodda Fjamanti u ġew mżanżna ġewwa l-Pjazza tal-Każin tagħna.

 

2009 | FireOne Flames u Ċirku Kbir li wera stampa tal-Madonna ta' Lourdes.

 

2010 | 10 Trofej Kompluti fi Triq Rokku Buhagiar.

 

2014 | Bandalora Artistika u Show tan-Nar bil-Karti.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

CoronationMro. Joseph Azzopardi
00:00
Forget Me NotMro. Andrew Coleiro
00:00
bottom of page